“Dawk Il-Kummenti Ġagħluni Nħossni Ħażin Ħafna U Diżappuntat Bija Nnifsi… Irnexxieli. U Int Jista’ Jirnexxielek Ukoll” – Franklin Calleja

Franklin Calleja

Il-kantant lokali Franklin Calleja qasam perjodu minn ħajtu mhux daqstant faċli – perjodu li faċilment ngħaddu minnu lkoll, speċjalment meta hawn min jixħet id-diskors addoċċ.

“Matul is-sena li għaddiet, żidt ħafna fil-piż. Irċevejt kummenti li ġagħluni nħossni inċert, bħal ‘Kemm ħxint?’ u ‘Żidt ħafna fil-piż, eh? Ejja!’ Dawk il-kummenti ġagħluni nħossni ħażin ħafna u diżappuntata bija nnifsi talli ħadt saħħti for granted…”

Franklin jikteb fuq id-differenza li qed jara issa li qed iżomm stil ta’ ħajja aktar san. Hu naqas 8 kilo mill-piż.

“Irnexxieli. U jista’ jirnexxielek ukoll,” jikteb Franklin. Qasam anke ritratt meħud aktar kmieni din is-sena, u ieħor issa.

Prosit Franklin u nammirawk li qed tipprova tkun ta’ kuraġġ għal ħaddieħor.







Ritratti:

Facebook/ Franklin Calleja

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI