“Swor Antonietta Tal-Ispirtu S-Santu Taret Lejn Is-Sema Pajjiżha” – Kunvent Santa Tereża Bormla

Il-Kunvent Santa Tereża Bormla b’dieqa sellmu l-memorja ta’ Swor Antonietta, li ħallietna għall-ħajja ta’ dejjem mal-Missier.

Huma kitbu, “Għeżież aħwa, proprju llum li hija l-Festa ta’ Pentekoste, Swor Antonietta tal-Ispirtu s-Santu taret lejn is-sema pajjiżha, wara 62 ta’ ħajja Tereżjana u Klawstrali. Żgur li l-Ispirtu s-Santu bierek lil Sr Antonietta b’din il-grazzja li ilha ħajjitha kollha tixtieq u tistenna. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi lilha, tistrieħ fis-sliem, Ammen.”



Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nagħtu l-kondoljanzi lill-familjari u ħbieb kollha tagħha f’dan iż-żmien diffiċli. Inżommuha fit-talb tagħna. Tistrieħ fis-sliem u l-paċi mal-Missier. Il-memorja tagħha tibqa’ fi qlubna għal dejjem.





Ritratti:

Facebook / Kunvent Santa Tereza Bormla

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI