Bil-Filmat: Iż-Żagħżugħ Malti Matt Camilleri Dalwaqt Ser Jimxi 50Km B’Risq Richmond Foundation

il-mixja

Żagħżugħ Malti se jkun qed jidħol għal sfida fiżika u mentali impressjonanti b’għan nobbli hekk kif Matt Camilleri se jimxi distanza ta’ 50 kilometru b’risq Richmond Foundation.

L-avventura hija skedata għat-13 ta’ Ġunju, fejn Matt se jibda l-mixja tiegħu mill-Birżebbuġa fil-05:00 ta’ filgħodu. Minn hemm, huwa se jgħaddi minn diversi lokalitajiet fosthom Ħal Luqa, Ta’ Qali, l-Imġarr, il-Bajja tal-Għadira u ċ-Ċirkewwa.

Wara, Matt se jaqsam lejn Għawdex bil-vapur u jkompli l-mixja tiegħu minn Għajnsielem għal Victoria, biex finalment itemm din l-isfida fil-lokalità tal-Għarb. Il-mixja mistennija tieħu madwar 10 sigħat.

Matt jixtieq li jlesti din l-isfida sabiex iqajjem aktar għarfien u appoġġ għal Richmond Foundation, organizzazzjoni li taħdem favur is-saħħa mentali u l-benesseri emozzjonali.

Nawgurawlek Matt!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI