Il-Kantanta Maltija Kaya Gouder Curmi Ta’ 15-Il Sena Tirbaħ Il-Grand Prix Fil-Bożnja

Prosit kbira lil Kaya Gouder Curmi, tfajla Maltija ta’ 15-il sena, li għadha kemm għamlet isem mill-aqwa għal pajjiżna! Kaya għadha kemm rebħet l-unur ewlieni, il-Grand Prix, fil-festival prestiġjuż Balkan Fest 2026 li sar f’Banja Luka, il-Bożnja.

Għal din il-kompetizzjoni, ġiet magħżula kanzunetta bil-lingwa tagħna. Hija tat interpretazzjoni mill-aqwa tas-silta “Nistaqsi”, il-kanzunetta rebbieħa ta’ Mużika Mużika li kienet oriġinarjament kantata minn Jasmine Abela, b’mużika ta’ Glenn Vella u lirika ta’ Philip Vella.

Kien mument ta’ kburija hekk kif il-lingwa Maltija u l-mużika lokali tqassmu ma’ udjenza internazzjonali. Il-vuċi ta’ Kaya, flimkien mal-lingwa Maltija, messet il-qlub tal-ġurija u l-udjenza tant li l-prestazzjoni tagħha intlaqgħet bi *standing ovation* emozzjonanti minn kull min kien preżenti! 

Għal dan is-suċċess, Kaya xtaqet twassal messaġġ ta’ ringrazzjament lil dawk kollha li emmnu fiha u li għenuha f’dan il-vjaġġ. Hija tirringrazzja lid-delegata internazzjonali tagħha, Evelina Batey, għas-sapport kontinwu u l-gwida li ttiha u l-opportunitajiet sbieħ li dejjem tagħta.

Ringrazzjament ieħor imur għall-vocal coach tagħha Gillian Attard, u l-għalliem tat-teknika tal-vuċi, Cedric.







Ritratti:

Instagram / @gillianattard / @kayaa.gc

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI