L-ambjentalista Cami Appelgren kienet pjuttost diżappuntata u rrabjata dalgħodu malli sabet l-art mimlija skartoċċ fil-kampanja. Dawn l-iskrataċ tħallew minn kaċċaturi irresponsabbli.
“Niltaqa’ ma’ nies differenti kuljum. Xi wħud inaddfu warajhom infushom imbagħad xi wħud ma jimpurtahomx. Għaliex inaddfuha? Għax jekk le, in-natura tħallas il-prezz. Ħafna minna mhumiex lesti li nħallu n-natura tħallas għall-istupidità tal-umanità. Għalhekk,” hi qalet.
Meta bdiet tgħodd, Cami sabet 287 skartoċċ!
“287 skartoċċ. Minn dan l-istaġun biss.”
Ħafna kkummentaw ukoll ilmentaw li qed isibu skrataċ bla għadd fil-kampanja wkoll.
Facebook/Cami Appelgren