Daniel Chircop għadu kif ħabbar it-telfa li għadu kif ġarrab tal-kelba li tant rabbiha b’għożża flimkien ma’ familtu. Lola kienet avviċinatu hi stess darba waħda meta kien barra, u spiċċat biex baqgħet miegħu. “L-ewwel profile picture fuq Facebook kien mal-kelba Lola… dil-kelba sabitni hi, kont miexi il-Fgura u ġiet tiġri fuqi maħmuġa, imbeżża’ imma ifferoċjata imma ħelwa.” Daniel ixerred l-ewwel ritratt tiegħu magħha fil-post li tefa’.
“Ommi Bianca qatt m riedet klieb imma Lola baqgħet magħha, anke meta żżewwiġt baqgħet id-dar ma’ ommi u missieri għal 18-il sena sħaħ.” Wieħed jista’ jimmaġina li hekk kif baqgħet toqgħod mal-ġenituri ta’ Daniel għal snin twal, Lola kienet saret parti kbira mill-familja tiegħu. Sfortunatament dan ta’ taħt huwa l-aħħar ritratt li ħa Daniel magħha.
“Illum kien l-aħħar jum tagħha magħna u dan kien l-aħħar ritratt tiegħi u tagħha… Inħobbuk Lola tagħna. Issa mhux se tbati aktar.” F”isem it-tim ta’ Gwida.mt nissimpatizzaw ma’ Daniel u mal-familja kollha. Tir ‘il fuq Lola.