Il-Bord tat-Turiżmu tan-Nepal informa li fost il-persuni li ġew salvati wara l-għargħar li seħħ fiż-żona tal-fruntiera mat-Tibet, hemm erba’ persuni marbuta ma’ Malta.
Madankollu, minn verifiki li saru mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin jirriżulta li dawn l-erba’ persuni mhumiex ċittadini Maltin. Għadu mhux magħruf x’rabta għandhom ma’ Malta. Il-Ministeru qed jikkomunika mal-awtoritajiet rilevanti sabiex jinkiseb aktar tagħrif dwar l-identità u r-rabtiet tagħhom ma’ pajjiżna.
Skont l-informazzjoni disponibbli s’issa, l-erba’ persuni huma nisa. Tlieta minnhom għandhom 49, 62 u 65 sena rispettivament, filwaqt li l-età tar-raba’ mara għadha ma ġietx ikkonfermata.