Waqt waħda mill-intervisti għall-film ‘The End of Oak Street’, Anne Hathaway qalet lil Complex li l-films għandhom jiġu kklassifikati bħala ‘R’ jekk fihom jinqatlu l-klieb.
“Inħoss li films li fihom jinqatlu l-klieb għandhom awtomatikament jiġu kklassifikati bħala ‘R’,” qalet Hathaway. “Irrelevanti jekk jintużax kliem ħażin jew jekk ikunx hemm vjolenza; jekk imut kelb, il-klassifikazzjoni għandha tkun ‘R’... Naħseb li kulħadd baqa’ trawmatizzat bil-film ‘John Wick’, għax qed nara kummenti dwar il-film tagħna bħal ‘Aħjar ma joqtlux il-kelb’. U jien ngħid bejni u bejn ruħi: ‘Liema huma dawn il-films li qed joqtlu l-klieb u li qed iġiegħlu lil kulħadd jibża’ li issa qed nagħmlu hekk b’mod każwali fil-films?’”
Intom x’taħshbu dwar dan?