George Curmi Puse huwa vjolinist u kompożitur mill-aqwa, maħbub immens madwar Malta u Għawdex u żgur m’għandu bżonn ta' ebda introduzzjoni.
Illum jaħbat għeluq snin l-iżgħar tifel tiegħu, Bernard Curmi, li bħal missieru għandu mħabba kbira lejn il-mużika u l-vjolin. George kitiblu messaġġ qasir u ħelu fuq il-midja soċjali biex jawguralu, u filmat fejn jidhru anke mumenti ta' ibnu jdoqq.
Hu kitiblu, “Awguri f'għeluq sninu liż-żgħir fost uliedna subien, Bernard. Il-Bambin ibierkek." Bosta kkummentaw bix-xewqat sbieħ tagħhom ukoll u rreaġixxew b'xi qalb għall-filmat li qasam George.
Awguri mill-qalb, Bernard!