“Illum Jaħbat L-40 Sena Mit-Telfa Traġika Ta’ 7 Kollegi Li Tilfu Ħajjithom Waqt Li Kienu Qed Jagħqdu Dmirhom Abbord Il-P23” – Il-Korp tal-Pulizija

Għaddew 40 sena mit-traġedja fejn 7 vittmi (2 pulizija u 5 suldati) tilfu ħajjithom waqt li qed jagħqdu dmirhom.

“Illum jaħbat 40 sena mit-telfa traġika ta’ 7 kollegi li tilfu ħajjithom waqt li kienu qed jagħqdu dmirhom abbord il-patrol boat P23 (li qabel kienet C23) fis-7 ta’ Settembru, 1984,” kitbu l-Korp tal-Pulizij fuq Facebook.

“2 vittmi kienu uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta – is-Surġent Muscat u l-Kuntistabbli Hare u 5 kienu suldati tal-AFM.” Dawn is-suldati kienu: l-Bombardier Joseph Pace, il-Gunner WIlliam Simpson, il-Private Anthony Vella, il-Bombardier Francis Borg u l-Private Anthony Farrugia.

“Biex tonora l-memorja tagħhom, saret ċerimonja kommemorattiva fil-bażi Marittima tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM).”

“Niftakru u nonoraw is-servizz u s-sagrifiċċju tagħhom.”





Facebook/The Malta Police Force



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI