Tlett ħaddiema ta’ Heritage Malta ttieħdu l-isptar. Dan hekk kif waqt li kienu qed jagħmlu spezzjoni tal-Mitħna ta’ Kola fix-Xagħra, l-qlugħ tagħha għeleb għal fuq il-bejt tal-mitħna.
“F’dan l-inċident tlett ħaddiema ġarrbu xi ġrieħi u għalhekk ittieħdu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura,” spjegat Heritage Malta fi stqarrija.
Jidher li l-mitħna ġarbet dawn il-ħsarat minħabba l-maltemp li laqat lil pajjiżna tul dawn l-aħħar jiem. Fil-fatt jidher li l-injam li jżomm il-qlugħ ġarrab ħsarat estensivi u konsegwentament seħħ it-tiġrif.
“Minnufih se jibdew ix-xogħlijiet biex tissewwa l-ħsara li saret,” ħabbret Heritage Malta fl-isfond ta’ dan l-inċident.
Nawguraw fejqan ta’ malajr lit-tlett ħaddiema involuti f’dan l-inċident!
Facebook / Ta’ Kola Windmill u Pexels