Carlos Fis-Sajran Jikkonsidra Ruħu Diżastru U Qatt Ma Sajjar U Mar Jidħol Għall-Kompetizzjoni Tat-Tisjir

Fis-sajran jikkonsidra ruħu diżastru u qatt ma sajjar, dejjem jixtri lest anke meta jistieden lil xi ħadd għandu. Ma nafux x’fettilu li jikkompeti fuq D BBQ SHOW għax donnu ċ-ċans li jibla l-pool hu wieħed tajjeb!

Waqt il-programm ħareġ li Carlos ma’ sħabu hu magħruf li dejjem ikun tard – għadu joqgħod il-Belt, il-Belt għalih tfisser ħafna u jħobbha ħafna. Huwa Pawlist … mill-paroċċa ta’ San Pawl. Ħaġa tad-daħk li wieħed jista’ jara waqt il-programm hi li waqt li kien qed isajjar, Carlos beda jitfa ż-żejt bit-tapp magħluq u ma ndunax. Jidher li mhux issoltu jsajjar!

Lil Carlos nafuh bħala attur primarjament imma jieħu gost ukoll fl-irwol ta’ direttur. L-esperjenza tat-teatru però wisq sabiħa jgħid Carlos iżda TV għal qalbu mmens sabiħ ukoll imma b’mod differenti. Ovvjament hu magħruf għall-parti ta’ Kristu u mhux l-ewwel darba li ġrat xi praspura.

Wieħed jista’ jsegwi D BBQ SHOW bi preżentazzjoni ta’ Malcolm Pisani billi jidħol HAWN.





Facebook / Carlos Farrugia



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI