Kutri Magħmulin Bl-Idejn Mill-Komunità Tal-Munxar Jiġu Mogħtija Lis-Sorijiet Tal-Ursolini

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, HSBC kitbu dwar ġest mill-isbaħ li għamlet il-komunita tal-Munxar f’Għawdex. Il-fondazzjoni HSBC Malta qed tappoġġja lill-komunita tal-Munxar fil-ħidma tagħhom f’dawn il-kutri li ser jingħataw lil diversi NGO’s fix-xhur li-ġejjin.

Huma qalu, “Sett ieħor ta’ disa’ kutri magħmulin bl-idejn mill-komunità tal-Munxar ġew mogħtija lis-sorijiet ta’ Dar Angela. Is-sorijiet Ursolini joffru residenza lit-tfal li għal diversi raġunijiet ma jkunux jistgħu jgħixu mal-familja tagħhom. Jistinkaw biex joħolqu ambjent fejn it-tfal ikunu jistgħu jikbru b’mod olistiku f’ambjent sigur sostenuto f’ambjent professjonali.”

Żiedu, “permezz ta’ mħabba kontinwa, huma jfittxu li jirealizzaw il-potenzjal kollu tat-tfal tagħhom bl-għan li jintegraw lura mal-familja u il-komunita bħala adulti f’saħħithom, kuntenti, responsabbli u indipendenti.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI