Xtrajtu l-magażin GWIDA li ħareġ dalgħodu? Fih skeda aġġornata u intervista mal-ġurija tal-programm ‘Malta’s Got Talent’. Iltqajna ma’ Sarah Zerafa..
Għal min hu attiv fuq il-midja soċjali żgur sema’ b’Sarah Zerafa. Sarah fuq Instagram għandha ‘l fuq minn 234 elf follower minn madwar id-dinja kollha. Fuq il-profil tagħha, Sarah titfa’ diversi ritratti b’mod oriġinali u kreattiv li huma t’ispirazzjoni kbira għal min iħobb il-moda. Ta’ sikwit Sarah tkun intervistata minn siti internazzjonali fuq is-suċċess li qed tkompli tibni f’dan il-qasam.

Imma x’kienet ir-reazzjoni tagħha xħin saret taf li kienet ser tkun ġurija? “Lanqas biss nista’ nibda biex niddeskrivi l-emozzjoni li ħassejt meta qaluli li jien waħda mill-ġurija. Kelli qalbi ħa tisplodi bil-ferħ għall-fatt li jien kont diġ. ammiratriċi kbira ta’ Got Talent, jiġifieri tista’ timmaġina kemm din l-esperjenza kienet aktar speċjali għalija. Ommi lanqas biss riedet temmen meta ċempiltilha u għedtilha li ser inkun parti mill-ġurija!” tgħidilna Sarah.
U jekk illejla int ammiratur ta’ Sarah, …”Bla ebda dubju ħa nkun qed nitfa’ ħafna ritratti u filmati li ħadt minn wara l-kwinti tal-programm fuq il-profil t’Instagram tiegħi”.

Malta’s Got Talent, illejla fuq TVM
Albert Camilleri / Malta’s Got Talent