Gaetano, il-ġimgħa li għaddiet kien wieħed mill-mistiedna ewlenin tal-programm Tonight, ippreżentat minn Brandon Terribile. Brandon għamel ftit riċerka mhux ħażin fuq il-mistiedna tiegħu u skopra li Gaetano għamel waħda tinkiteb.
Gaetano jistqarr li l-praspar jivvintahom hu, aktar milli dawn jiġru warajh! Hu jirrakkonta ftit taż-żmien ilu, kellu bżonn jixtri forn u mar sabiex jixtrih mill-Ħamrun stess. Huma qalulu li ħa jwasslulu l-forn fi ftit jiem, iżda hu jistqarr li ma għandu paċenzja jistenna.
Hu jkompli jgħid li dan żgur li difett kbir tiegħu. Diffett li wassal għal farsa ħelwa. Dan għaliex Gaetano flimkien mal-partner tiegħu Kurt spiċċaw iġorru l-forn mill-ħanut għal fejn joqogħdu. Ovvjament kulħadd beda jħares lejhom, jipprovaw jifhmu x’qed jipprovaw jagħmlu.
Insomma… hawn min il-praspar jivvintahom u jidħol għalihom! Ħasra li ħadd ma ħadilhom xi biċċa filmat!