“Tlifna Ħamruniż Ta' Veru” – Tal-Ħamrun Iddispjaċuti U Qalbhom Sewda Bit-Telfa Ta’ Fonzu

Nigel Vella kiteb, “Ma nistax nemmen li Fonz, kif kont insejjaħlu jiena, ħalliena. Raġel b’qalb tad-deheb li kien jaf iħobb u jgħożż. Bniedem li minkejja s-suċċessi tiegħu, baqa’ saqajh mal-art, jirrispetta u jgħin lil kulħadd.”

“Kien hu li mbottani ħafna fil-każin San Gejtanu. Kien hu li kien iħeġġnini nistudja. Kien hu li kien jagħmili l-kuraġġ fix-xogħol tiegħi. Fonz mhu se ninsik qatt u grazzi ta’ dak kollu li għamilt, għal Ħamrun, għal Każin San Gejtanu u anke għalija.”

Hu jagħlaq billi jgħid, “F’uliedek nara x-xbieha ħelwa tiegħek. Ħu ħsiebhom u ħu ħsieb lil martek Carmen li kienet tħobbok tant. Sakemm nerġa’ narak Fonz.”

Fuq l-istess post, ħafna taw il-kondoljanzi lill-familja ta’ Fonzu u kien hemm saħanistra minn ikkummenta, “tlifta Ħamruniż ta’ vera.” Kellu għal qalbu l-Ħamrun u lil San Gaetano wisq. F’isem Gwida.mt, insellmu l-memorja tiegħu u ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lil familtu.





Facebook / Marie-Clare Sammut



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI