Got Talent huwa programm madwar id-dinja kollha, kull pajjiż ikollu l-verżjoni tiegħu. L-Aqwa prestazzjonijiet minn dawn il-programmi kollha jiġu ppublikati fuq paġna li għandha ‘l fuq minn 11-il miljun ammiratur. Din il-paġna tiġbor l-aqwa talent minn madwar id-dinja kollha.
B’xorti tajba intgħażlet prestazzjoni minn Malta u tkun appuntu l-ewwel talent li ġie mxandar. Min qatt jista’ jinsa lil Kian flimkien mal-kantanti bravissimi Lola u Anthony? … Ċertament li Kian nissel tbissima fuq ħafna nies bil-kapaċitajiet tiegħu. Aktar minn mitejn elf utent jara din il-prestazzjoni f’temp qasir minn madwar id-dinja kollha.
B’ħafna jikkummentaw kemm kienet prestazzjoni tajba u eċċellenti. Ċertament jawgura tajjeb lill-artist Kian u lit-tim tal-produzzjoni Malta’s Got Talent li jaħdmu bla waqfien biex juruna l-aqwa talent f’pajjiżna.