It-Tieni Esperiment Ta’ Missjoni Maltija Lejn L-Istazzjon Spazjali Internazzjonali

L-Università ta’ Malta qed tibgħat it-tieni esperiment tax-xjenza bijomedika tagħha lill-Istazzjon Spazjali Internazzjonali (ISS) dan ix-xahar! Immexxi mill-grupp SpaceOMIX u mill-Professur Joseph Borg, l-Università ta’ Malta qed tistiednek tipparteċipa online għat-tnedija tal-25 Missjoni SpaceX Cargo Resupply ta’ NASA minn SpaceX lejn l-Istazzjon Spazjali Internazzjonali.

Liftoff tal-vettura spazjali Dragon tal-merkanzija fuq rokit Falcon 9 se jseħħ mill-Launch Complex 39A fiċ-Ċentru Spazjali Kennedy tan-NASA fi Florida, l-Istati Uniti.

Tista’ tattendi għal din it-tnedija b’mod virtwali mis-sit tal-Università jew billi żżur LT1, Erin Serracino Inglott Hall fil-kampus tal-Università.

It-tieni missjoni Maleth II, qed tiġi appoġġjata minn żewġ Ministeri: Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, u l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.

www.um.edu.mt







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI