Priġunieri mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin taw is-servizz tagħhom fis-santwarju tal-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati (AAA) bħala parti minn proġett ta’ rijabilitazzjoni. Dan wara l-iffirmar ta’ ftehim mill-Aġenzija għall-Faċilitajiet Korrettivi u l-AAA li tfittex li tgħin lill-priġunieri jintegraw lura fis-soċjetà. Il-Ministru għall-Affarijiet Interni Byron Camilleri u l-mara tal-Prim Ministru Lydia Abela żaru s-santwarju biex jaraw ix-xogħol tal-priġunieri.
Lydia Abela ilbieraħ fuq il-mezzi soċjali kitbet dwar din iż-żjara, “Kien ta’ pjaċir tiegħi li nżur is-santwarju tal-AAA flimkien mal-Ministru Byron Camilleri u d-direttur tal-ħabs il-kurunell Alexander Dalli, fejn rajt ix-xogħol ta’ manutenzjoni li qed jagħmlu l-priġunieri f’dan is-santwarju. Din hija opportunità għalihom bħala parti mir-rijabilitazzjoni u pass ‘l quddiem għal aktar inklużjoni fis-soċjetà.”
Facebook / Lydia Abela