Fuq il-paġna tal-Awtoritajiet tas-Saħħa għadu kemm intefa’ l-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’Malta.
Fl-aħħar 24 siegħa nstabu sitt każijiet ġodda, filwaqt li 21 persuna rkupraw minn dan il-virus. B’hekk it-total ta’ każijiet attivi issa niżel għal 236 każ. 13-il persuna qed jiġu rikoverati fl-isptar Mater Dei, fejn tlieta minnhom jinsabu ġewwa l-ITU.
Sal-bieraħ ingħataw b’kollox 865,419-il doża tal-vaċċin, fejn 43,043 minnhom huma dożi tal-booster.