Realtà ġdida li qed iħabbat wiċċu magħha pajjiżna hi n-numru ta’ nies barranin li qed jispiċċaw reqdin barra fil-viċinanzi ta’ Bieb il-Belt, ħdejn il-funtana ta’ Tritoni. Fil-jiem li għaddew rajna xi ritratti, iżda lbieraħ filgħaxija z-zija TT marret fuq il-post.
Kif tistgħu taraw hawn fuq, fil-filmat qasir li xeħtet ilbieraħ meta ħarġet live fuq Facebook, wieħed jista’ jara l-affarijiet ta’ numru ta’ barranin li qed jgħixu f’dan l-istat. Aħna nagħmlu appell lill-awtoritajiet konċernati sabiex jgħinu lil dawn in-nies li għandhom bżonn l-għajnuna sabiex ikollhom saqaf fuq rashom.
Facebook / Zija TT