L-Eks membru parlamentari Dr. Joe Cassar u l-mara tiegħu Dr. Anna Cassar fetħu qalbhom fuq esperjenza personali li għaddew minnha. “Meta Joe qalulu li kien pożittiv għall-Covid-19, aħna bħala familja anke fiżikament kollox inbidlilna” tgħid Dr. Anna Cassar.
Dr. Joe kellu jingħaqad waħdu fil-kamra tas-sodda prinċipali illi hi pjutost żgħira, filwaqt li l-mara tiegħu kellha toqgħod fil-kamra ta’ waħda mit-tfal. Waħda mit-tfal kellha tmur f’post ieħor. Apparti l-fattur li ma jkunux jafu x’ġej nknown kien hemm ansjetà li ma kinux jafu kif ser tevolvi.
Fl-intervista li ġiet ippublikata fuq il-grupp tal-koppji ‘Belong’, Dr Joe jgħid li ma kellux sintomi iżda xorta beda jibża’, “Ma konniex nafu jekk aħniex ser inqumu l-għada jew nispiċċaw l-isptar”.
Minkejja li t-tnejn huma professjonisti fil-kamp mediku jgħidu li ħassewha diffiċli. “Kulħadd huwa uman u mhemmx text book jew riċerka li ser ikollna soluzzjoni kollha” tgħid Dr. Anna filwaqt li tħeġġeġ biex kull familja issib is-soluzzjoni tagħha u taddatta.
Jikkumparaw iż-żmien li għamlu bil-Covid-19, “Qisek qed tara film, tħossok toħroġ minn ġo fik fiżikament u tidħol ġo era oħra” jgħidu għall-ewwel ftit jiem għax ma setawx jemmnxu bli qed jiġri.
Dr. Joe u Dr. Anna Cassar ħeġġew lill-koppji biex jifhmu aktar lil xulxin u jirrikorru għall-għajnuna.