Is-salt pans ġewwa Marsaskala huma storiċi u huma parti importanti mill-wirt tagħna hekk kif dawn jintużaw biex jaħsdu l-melħ tal-baħar anke f’dawn l-aħħar snin. Iżda waħda minnhom ġiet irrovinata għal kollox minħabba in-nuqqas jew ir-responsabbiltà ta’ xi ħadd.
Il-paġna Malta Underground tirraporta, “Dan is-sajf, grupp ta’ nies ddeċidew li jkollhom BBQ jew nar f’waħda mis-salt pans u ħarquha b’mod estensiv. Minbarra li s-sħana li għamlet il-ħsara lill-ġebla b’mod permanenti u anke l-apparenza, issa li n-nugrufun daħal sewwa fil-ġebla tal-franka poruża.”
“Dan ifisser li qatt din is-salt pan qatt ma tista’ terġa’ tipproduċi melħ li jittiekel. Il-preservazzjoni tal-passat tagħna ma tibdiex billi tgħid lil-gvern biex jagħmel xi ħaġa, iżda nibdew billi jien u int nedukaw lil ħaddieħor biex inħarsu s-siti uniċi ta’ Malta b’mod responsabbli.”
Facebook/Marc Zimmermann