Bil-Filmat: Fr. Luke Jirrakkonta Kif Ħuħ Kellu Inċident Serju U Kif Din Affetwatlu Ħajtu

Qabel ma ġġarrab l-esperjenza, ħafna drabi tkun iktar faċli li tiġġudika lil dak li jkun mingħajr ma tifhem il-kaġun u l-konsegwenza. L-affarijiet jinbidlu meta l-esperjenzi nġarrbuhom aħna stess jew xi nies qrib tagħna fejn hemmhekk nibdew nifhmu iktar u niġġudikaw inqas. Din l-esperjenza għadda minnha l-Viċi Kappillan ta’ Wied il-Għajn Fr. Luke Cutajar.

Din il-ġimgħa waqt il-programm ta’ kuljum The Handbook fuq 103 Malta’s Heart, Fr. Luke rrakkonta kif inċident serju li kellu ħuh wasslu biex jifhem iktar dawn is-sitwazzjonijiet. Fr. Luke rrakkonta: “Meta kont iżgħar u kont nisma’ b’aħbar ta’ xi ħadd li ħabat bil-karozza, kont ngħid: Xi żgħażagħ kesħin dawn. Misshom qagħdu iktar attenti.” Iżda mbagħad meta din l-esperjenza laqtet lil ħuh iż-żgħir, li seba’ snin ilu kien ħabat bil-karozza u weġġa’ serjament, beda jaħsibha differenti.





Fr. Luke rrakkonta kif wara l-inċident, kien imur kuljum l-ITU u jara nies oħrajn li għaddejjin minn żmien iebes ukoll u minn hemm beda jipprova jifhem iktar lil dak li jkun. “Għalhekk Ġesu ġie fid-dinja biex iġarrab hu stess ħalli aħna nħossuh qed jifhimna.”

Għal din l-esperjenza personali ta’ Fr Luke, irreaġixxiet il-preżentatriċi Pauline Agius, li kienet ukoll mistiedna fil-programm, fejn qalet: “Illum li kbirt kważi sirt naħsibha li anki jekk m’għaddejtx mill-esperjenza, m’għandix niġġudika lil ħaddieħor.” Hija ftakret f’xi ħaġa li kien qalilha xi ħadd li l-kliem żgur u qatt ma tużahomx għax ma tistax tgħid ma’ liema esperjenzi tlaqqgħek il-ħajja.

The Handbook tistgħu ssegwuh ukoll mill-facebook group billi tafgħas HAWN.

Segwi l-intervista ta’ Fr. Luke u Pauline Agius li għamel il-preżentatur George Cassar fuq il-programm “The Handbook”.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI