"Omm U Missier Justin Spjegawli D-Diffikultajiet Li Għadda Minnhom Minħabba Din Il-Kundizzjoni" – Owen Bonnici

Fl-laqgħa li kellu lbieraħ il-ministru tal-edukazzjoni Owen Bonnici ma’ Justin Haber tkellmu fuq it-tfulija ta’ dan il-plejer. Peress li Justin hu dyslexic meta kien żgħir kellu jaffaċja sfidi kbar fil-qasam tal-edukazzjoni.

“Omm u missier Justin spjegawli d-diffikultajiet li għadda minnhom minħabba din il-kundizzjoni meta kien student u kif xorta waħda rnexxa fl-edukazzjoni bis-saħħa tal-impenn tiegħu u tal-ġenituri tiegħu.” jikteb il-ministru.

Justin mhux talli kompla jibrilla fl-edukazzjoni, iżda llum il-ġurnata wieħed mill-aqwa plejers u qed jikseb suċċess fis-settur tal-ospitalita’ bir-restorant tiegħu. Il-ministru fakkar li llum il-ġurnata, “hemm iktar ghajnuniet u assistenza biex l-edukazzjoni taghna tkun verament inklussiva minn zmien Justin u zmieni”.

Nawguraw lil Justin aktar suċċess. 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI