"Aħjar Titlobni U Nagħtik Milli Tattakani…Quddiem Għajnejja Beda Jitolbu L-Flus" – Antonella Borg

Jidher li xi persuni qed jitolbu l-flus lill-anzjani u jekk ma jtuhomx, ikunu pronti jaħtfulhom il-baskett jew il-portmoni. Antonella Borg kitbet appell fuq facebook biex wieħed joqgħot attent. “Aħjar titlobni u nagħtik milli tattakani”, saħqet Antonella.

Antonella rat persuna taviċina anzjan quddiem għajnejha u beda jitolbu l-flus. Kitbet li l-anzjan induna x’se jiġri u qabad jimxi biex jiġbed l-attenzjoni. Dan ġara fid-dawl tax-xemx!

“Jien indunajt mill-ewwel x’se jiġri u qsamt ħdejn l-anzjan għall-għajnuna. Probabli kieku ma qsamtx jien, kien jiġi aggredit għax il-persuna baqgħet iddur u timxi miegħu…”, kompliet tgħid Antonella.





Minn Gwida.mt kellimna lil Antonella u qaltilna li din l-esperjenza diġà għaddiet minnha ommha u binha stess madwar sena u nofs ilu u sal-lum għadhom ibatu l-konsegwenzi tal-ħasda.

Il-Malti jgħid, bniedem avżat, nofsu armat. Nieħdu ħsieb speċjalment lill-anzjani!

Ritratt: Ndailynews.com



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI