L-Air Malta Tikkanċella Xi Titjiriet U Żżid Oħrajn Lejn Pajjiżi Oħra – Ara Għal Liema Postijiet

Sfortunatament, Malta għadha mhux qiegħda fuq il-lista l-ħadra tal-Ingilterra, għalkemm il-każijiet attivi tal-Covid-19 huma baxxi u għandna ħafna mill-poplu mlaqqam.

Minħabba dan, l-Air Malta kkanċellat it-titjiriet kollha lejn Manchester bejn l-aħħar ta’ Lulju u Settembru, u naqset l-ammont ta’ drabi li se jsiru titjiriet lejn Londra fl-ajruport ta’ Heathrow għax ma tantx beda jiġi bbukjat vjaġġar minn Malta għal Londra.

L-Air Malta qalu wkoll li se jkunu qed iżidu t-titjiriet minn Malta għal Pariġi u Amsterdam għax it-talba għas-safar lejn dawn il-postijiet żdiedet.

Facebook / Air Malta







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI