Lil Stephanie Spiteri nafuha llum il-ġurnata tista’ tgħid bħala preżentatriċi. Madankollu mhux kulħadd forsi jiftakar li Steph kienet ukoll mudella! Mudella li rnexxielha tirrapreżenta lil pajjiżna f’Miss Universe lura fl-1988. Fl-2021 irrapreżentatna l-mudella u żeffiena Anthea Zammit.
Ilbieraħ il-preżentatriċi iddeċediet li ġġedded il-memorji u tefgħet filmat qasir fuq il-profil tagħha fejn kellna ċ-ċans nerġgħu narawha timmudella! “Niftakar fi żmien l-immudellar”, kitbet Stephanie.
Kienet u għadha tinqala’ hux veru?!