L-ewwel episodju tal-programm il-ġdid Nisfidak ixxandar ilbieraħ filgħaxija. Il-preżentaturi Carlo cranmer, Nathan Vella u Genieve Grech sfidaw lil xulxin fit-toroq tal-Belt Valletta.
Huma kellhom isibu l-kuraġġ li jitolbu lill-barranin fit-toroq biex jikkonformaw mal-isfidi tagħhom. Fost dawn l-isfidi, kellhom: jitolbu lill-barranin jieħdu selfies magħhom mingħajr ma jġibuhom fir-ritratt, jitolbu lin-nies jiżfnu flimkien, jgħidu lin-nies il-kelb tagħhom hu dak li tilfu, u jitolbu lin-nies jiffirmaw petizzjonijiet strambi.
Madankollu kien hemm sfida waħda li Carlo ma setax jagħmel, avolja kien sejjer tajjeb ħafna. Din l-isfida kienet li jpoġġi speaker fost grupp ta’ turisti u jitlobhom jingħaqdu miegħu fiż-żfin. Waħda mit-turisti bdiet tiżfen imma Carlo kien mistħi biex jiżfen ukoll! Għalhekk tilef l-isfida.
L-episodju li jmiss jixxandar il-Ħamis li ġej. Titilfuhx!