Ir-relazzjoni ta’ bejn missier u wliedu għandha tkun waħda speċjali. Il-kitarrist ta’ Cel&Sacco mhux l-ewwel darba li qasam l-imħabba tiegħu lejn ibnu. Hu wkoll jipprova jrawwem lil ibnu fil-mużika u kien saħansitra qasam magħna filmati tiegħu jdoqq.
Glenn jikteb, “Kieku kellek tħaffer ġewwa qalbi tara li l-imħabba tiegħi lejk hija tant fil-fond li nimmissjak anke meta nkunu flimkien. Tant inħobbok ibni li l-kliem ma jistax jiddeskrivi dan… xi darba tkun taf li jien m’jien xejn mingħajrek.”
Hu jżid, “Meta narak titbissem tinżilli demgha, meta ssejjaħli Papà nħossni kburi, meta tibki nħossni mkisser… u meta ma nkunux flimkien inħoss li ħajti inutli… Inħobbok ħafna Leigh.”