Giovanni Allevi, pjanista u kompożitur Taljan għamel avviż xejn sabiħ fuq il-midja soċjali hekk kif ħabbar li hu għandu tip ta’ kanċer bl-isem ta’ Majeloma.
“Skoprejt li għandi neoplażma li tinstema ħelwa: majeloma, iżda mhux b’inqas insidjuża. L-akbar dieqa tiegħi hija l-ħsieb li se nikkawża wġigħ lill-familja tiegħi u lin-nies kollha li jsegwuni b’affezzjoni,” hu kiteb.
“Jien dejjem iġġilidt il-problemi tiegħi ta’ ġewwa f’kunċert magħkom, grazzi għall-Mużika. Din id-darba aħfruli, ikolli nagħmel dan ‘il bogħod mill-palk,” żied jgħid fil-post ippubblikat, li miegħu tella’ wkoll ritratt li fih ‘itraduċa’ il-kelma majeloma f’mużika.
Il-pjanista u kompożitur ta’ 53 sena, li kien ilu jiem sħaħ jilmenta minn uġigħ qawwi fid-dahar, qal li ġie mġiegħel jieqaf u jissospendi l-impenji tax-xogħol tiegħu. Allevi, li anke kien fuq il-programm Sanremo, għandu l-kanzunetta tiegħu “O Generosa” bħala t-tema attwali ttas-Serie A tal-futbol Taljan.
View this post on Instagram
View this post on Instagram
Instagram/@giovanniallevi