Qattusa instabet fil-periklu hekk kif kienet mixħuta bla saħħa f’xifer. Kien bis-saħħa ta’ residenti l-Belt Valletta li raha waqt li kien miexi minn hemm, u għamel dak kollu li seta’ biex iżommha mqajma u ma taqax.
Minnufih ċempel lil Animal Welfare u baqa’ jistennihom sakemm ġew. Ir-raġel jgħid li anke xtralha landa ton taż-żejt, iżda xorta ma ċċaqalqitx. Fortunatament il-membri tal-Animal Welfare waslu fil-ħin u salvawha.
Hi tassew xi ħaġa sabiħa li ssib min jieħu tant ħsieb l-annimali, speċjalment dawk abbandunati. Prosit kbira lil Stephen talli talab l-għajnuna minnufih, kif ukoll lil Animal Welfare tal-ħidma imprezzabbli tagħhom.