Waħda mill-Fattigi illum tagħlaq sninha! L-attriċi simpatika, Lenies Gauci ilha tirreċta minn mindu kellha 5 snin u rebħet diversi unuri fl-iskejjel li kienet tattendi. Il-Maħbub tagħha Clayton Pace awguralha f’għeluq sninha. “J’Alla jkollna sena oħra bħal ma kellna, mimlija saħħa u kuntentizza. Grazzi ta’ kemm tkun hemm għalija” jgħidilna l-attur Clayton.
Awguri Lenies, ħerqanin biex inkomplu naraw f’Fattigi minn Ottubru li ġej.