"Aħna M'Aħniex Lesti… Għadna Kemm Biss Bdejna" – Neil Agius Bl-Ewwel Kummenti Wara L-Ġest Kbir Li Għamel

Neil Agius, il-Malti li għamel l-għawma minn Sqallija għal Malta, kiteb messaġġ twil u mill-qalb biex jirringrazzja lil kull min b’xi mod jew ieħor wera s-sapport u l-appoġġ lejh f’din l-isfida li daħal għaliha.

“Ma nafx minn fejn ser nibda. Naf li konna qed nitkellmu fuq avventura inkredibbli, iżda spiċċat biex kienet xi ħaġa li ma kontx qed nistenna”. Hu jsemmi li flimkien mat-tim b’saħħtu tiegħu rnexxielu jasal fejn wasal. Isemmi lista twila bir-ringrazzjamenti lejn dawk kollha li ħadmu miegħu f’din l-avventura, lill-ħbieb kollha, qraba u l-familja kollha tiegħu. 

Neil kien imur għal-lezzjonijiet tal-għawn minn ċkunitu fil-5 ta’ filgħodu. “Il-ġenituri tiegħi Debbie u Chris li kienu joħduni għall-ewwel lezzjonijiet tal-għawm tiegħi kuljum fil-5 ta’ filgħodu, sakemm kbirt biżżejjed biex nibda nsuq”. 

Jispiċċa billi jirringrazzja lil kulħadd tal-appoġġ kontinwu, inkluż il-pubbliku inġenerali, u jisħaq li fadal xi jsir, u lil Neil għad narawh jagħmel iktar milli diġa’ għamel! “Aħna m’aħniex lesti. Għadna Kemm biss bdejna”. Minn qalbna nifirħu u nawguraw lil Neil aktar suċċessi!



 





Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI