Ixxerja
Il-paġna ta’ Facebook tal-Awtorità tas-Saħħa, ippubblikat iċ-ċifri tal-lum. Malta rreġistrat 283 każ ġdid ta’ Covid-19 wara li fl-aħħar 24 siegħa saru 3,799 test.
Il-gżejjer irreġistraw 156 irkupru ieħor, u b’hekk l-ammont totali ta’ rkupru għal 20,291 u n-numru ta’ każijiet attivi għal 3,252. Minn meta faqqgħet, Malta rreġistrat 23,871 każ u wettqet 717,281 test.
Matul l-aħħar 24 siegħa, tliet persuni oħra mietu: żewġt irġiel ta’ 47 u 69 sena u mara ta’ 76, kollha f’Mater Dei. Dan ifisser li n-numru totali ta’ mwiet ta’ Malta issa laħaq it-328.
Il-post innota wkoll li sal-bieraħ, 4 ta’ Marzu, ingħataw 89,946 doża ta’ vaċċin lil diversi persuni fil-gżejjer. 31,034 minn dawn kienu t-tieni dożi.
Ixxerja
Miktub Minn
Emil Calleja Bayliss
Iħobb il-lingwa Maltija u jsegwi b’mod attiv ix-xena mużikali lokali. Id-dinja tal-ispettaklu taffaxxinah u l-għaxqa tiegħu jara xows differenti. Biex jirrilassa Emil jieħu gost imur ħdejn il-baħar u fil-kampanja, hemm isib ftit kwiet ’il bogħod mill-ġenn.
“Tilef Id-Dar Tiegħu, Imma Mhux Il-Valur Tiegħu. Darba, Cole Tilef Kull Ma Kien Jaf” – MSPCA
Gabriella Borg
Ilbieraħ
Fuq il-mezzi soċjali tagħhom, l-MSPCA kitbu messaġġ lil Cole, kelb li fl-aħħar ġie mogħti ċans ġdid.Huma spjegaw, “Tilef id-dar tiegħu, imma mhux il-valur tiegħu. Darba, Cole tilef kull ma kien jaf. Id-dar li kien jaf, il-ħajja li ħaseb li dejjem se jkollu. Illum, Cole ipoġġi quddiem bieb ġdid, mhux bħala kelb li ġie abbandunat imma […]