Waqt l-aħħar podkast mal-preżentatur Vince Bonello Pukka kellna l-opportunità niltaqgħu ma’ Stephen Formosa. Stephen għandu passjoni għall-mutur, liema passjoni ser ikun qed jużaha għal ġest sabiħ.
Hu jitlaq f’Settembru bil-mutur tiegħu madwar id-dinja għal madwar tliet snin, fejn ikollu jħalli lil martu u l-impjieg tiegħu warajh. Stepehn sejjer f’avventura mhux tas-soltu, fejn ħa jkun qed iżur il-proġetti ta’ MISSIO Malta kollha.
Xtara mutur sempliċi mhux bit-teknoloġija biex jekk ikollu xi problemi waqt l-avventuri tiegħu ikun jista’ faċilment jirranġa. Din l-avventura ħa tiswieh madwar €50,000. F’dawn it-tliet snin ħa jkun qed iżur it-tliet kontinenti.
Stephen jgħid li ħafna nies iddeskrivewha bħala avventura “tal-ġenn” din li ħa jagħmel, minħabba li mhix xi ħaġa faċli li tagħmel. Stephen sab ħafna appoġġ u sostenn speċjalment mill-familja u mill-ħaddiema tiegħu ta’ fejn jaħdem.
Prosit Stephen u tassew nammirawk għal din id-deċiżjoni li ħadt għall-għan daqshekk nobbli.