Kull min iħobb jitla’ Paceville jew inkella jattendi xi party żgur li ra d-differenza li qiegħda titkellem fuqha Angela Coleiro. Kull min iħobb il-festi u attenda xi waħda jew oħra fi tmiem il-ġimgħa wkoll ra differenza enormi fuq dak li qed tgħid Angela.
Angela tqajjem punt li ħafna nies hemm barra qed jisħqu fuqu. Kemm nies li għandhom in-negozju u kemm klijenti. “Mela biex tmur tagħmel xagħrek jew id-dwiefer, jew biex tidħol f’ħanut… Maskri, visors, sanitisers, temperaturi, u kummiedji,” xejn ġdid ilkoll esperjenzajniehom dawn!
Angela tkompli l-messaġġ tagħha u tgħid, “Imma biex tmur tiżabel Paceville, jew f’xi marċ tal-festa hekk OK! Ħawwadni ħa nifhmek dan il-pajjiż! (U biex ħadd ma jieħu għalih, jiena nħobb niżabel, u nħobb il-festi wkoll)”
Il-mistoqsija tqum weħdiha, issa li l-każijiet niżlu daqshekk, tgħid wasal iż-żmien li jitneħħew jew jitnaqqsu ċertu miżuri imposti? Ħafna qed iħossu li ma tantx tagħmel sens f’postijiet fejn ma jiltaqgħux folol kbar ta’ nies hemm ħafna miżuri imposti u f’postijiet fejn jiltaqgħu daqshekk nies tista’ tgħid kollox normali.
Facebook / Angela Coleiro