“Milly U Billy Għandhom Tmien Ġimgħat U Qed Ifittxu Dar Mimlija Mħabba” – Joanna Mallia

Joanna Mallia, mara b’qalb tad-deheb li spiss tgħin lill-annimali u tara kif toffri ħajja ġdida lil dawn l-annimali li jkunu sabu ruħhom f’sitwazzjoni sfortunata, issa qed tfittex dar għal żewġ frieħ tal-qtates gustużi suwed u bojod.

Hi kitbet, “Milly u Billy għandhom tmien ġimgħat u qed ifittxu dar mimlija mħabba. Huma jħossuhom komdi ma’ qtates oħrajn u mal-klieb. Huma ma joqogħdux mingħajr xulxin u għalhekk idealment insibulhom dar flimkien. Jekk jogħġobkom iftħu qalbkom. Huma tgħallmu jużaw il-litter. Ejjew insibulhom dar mimlija mħabba!”





Jekk qegħdin tfittxu biex taddottaw żewġt iqtates, aħsbu f’Milly u Billy. Huma gustużi mmens, u l-ħarsa t’għajnejhom turi l-imħabba li tistkenn f’qalbhom. Aqsmu dan l-artiklu ma’ xi ħadd li jixtieq il-qtates.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI