Fuq The Morning Vibe ġiet mistiedna waħda mill-membri tal-ġurija ta’ X Factor Malta, li se jkun qed jixxandar għada filgħaxija.
JD, Abel u Martina saqsew lil diversi personaġġi dwar xi esperjenzi li jitfakru minn meta kienu għadhom imorru l-iskola u issa kien imiss lil Philippa sabiex tirrakkonta xi ġrajjiet minn dak iż-żmien.
Philippa qalet li minn dejjem kienet fuq tagħha u ta’ spiss kienet tidħol fl-inkwiet u titkeċċa mill-klassi meta kienet għadha studenta. Darba ddeċidew li jfittxu fil-basktijiet tal-istudenti biex jaraw jekk għandhomx xi ħaġa li mhux suppost ġabuha magħhom l-iskola. Meta kien imiss li jfittxu fil-basket ta’ Philippa raw xi ħaġa stramba u l-għalliema riedet li Philippa tagħtiha din il-ħaġa.
Din il-ħaġa stramba ma kienet xejn ħlief ftira mmuffata li Philippa kienet ħalliet fil-basket u għalkemm ma kellha xejn li mhux suppost ħadet magħha fl-iskola, Philippa xorta waħda spiċċat imkeċċija barra mill-klassi.