Fuq il-midja soċjali, il-Ministru t’Għawdex Clint Camilleri kellu jikkjarifika dwar ċertu ajdut relatati mal-każijiet attivi tal-COVID-19 f’Malta.
“B’referenza għal rapporti li dehru online, illi hemm nies infettati bil-COVID-19 b’rabta mal-attività Ħondoq By Night, nixtieq nikkjarifika illi kkonsultajt mal-Awtorità tas-Saħħa, u din hi aħbar falza,” beda l-Ministru.
“Dwar rapporti oħra li dehru online li fihom intqal illi jien u l-istaff tiegħi ninsabu fi kwarantina, din hi aħbar falza wkoll. Nappella biex nieqfu nxerrdu gideb u noħolqu paniku bla bżonn.”
F’sitwazzjoni sensitiva bħal din żgur li hemm bżonn li nieqfu nallarmaw lin-nies għalxejn. Il-gideb u paniku bla bżonn ma jgħinu qatt!
Facebook/Clint Camilleri