Għadha kemm ġiet imħabbra l-mewt tal-kantanta Sarah Harding tal-grupp Girls Aloud. Hi kellha biss 39 sena hekk kif tilfet il-battalja mal-kanċer. Hija ġiet iddijanjostikata b’kanċer tas-sider f’Awwissu li għadda u għaddiet minn mastektomija u kemjoterapija f’dawn l-aħħar jiem.
Illum ommha Marie kkonfermat l-aħbar ta’ qsim il-qalb fuq l-Instagram ta’ Sarah flimkien b’ritratti tagħha.
Hi kitbet, “huwa bi qsim il-qalb profond li llum qed naqsam l-aħbar li binti Sarah sfortunatament mietet.”
F’Marzu Sarah kienet ħarġet il-kanzunetta ‘Wear It Like Crown’ u d-dħul kollu mill-bejgħ mar għand The Christie NHS Foundation fejn kienet irċeviet it-trattament tal-kanċer.