"Aħna Tassew Grati Għall-Appoġġ U L-Kliem Ta’ Faraġ Li Rċevejna Minn Meta Sellimna Lit-Tifel Għażiż Nathan" – Alistair, Missier Il-Mibki Nathan

Missier iċ-ċkejken Nathan, fuq il-mezzi soċjali tiegħu għadda messaġġ ta’ ringrazzjament lil dawk li waqqfu magħhom f’dawn l-aħħar jiem, wara t-telfa tal-għażiż tagħhom Nathan.

Alistair jibda billi jgħid, “Aħna tassew grati għall-appoġġ u l-kliem ta’ faraġ li rċevejna minn meta sellimna lit-tifel għażiż Nathan. Minn qalbna nirringrazzjawkom talli mdawrin b’din l-imħabba kollha. Kull messaġġ, tgħanniqa u tifkira maqsuma magħna ġabet ftit serħan f’nofs din il-qalb maqsuma.”





Hu jżid, “Ringrazzjament speċjali lill-Prim Ministru u lill-Kap tal-Oppożizzjoni flimkien ma’ membri oħra tal-Parlament li għenu jew attendew iċ-ċerimonja. Lill-Patri Albert Buhagiar u lill-Patri Mario Dimech għall-appoġġ spiritwali kontinwu tagħhom. Lil Josef Felice għall-organizzazzjoni taċ-ċerimonja. Lil Żebbug Rangers FC Youth Nursery, il-Każin Banda San Filep, il-kap tal-iskola, l-istaff, il-ġenituri u l-istudenti tal-iskola primarja ta’ San Ġwann, lill-familja, ħbieb u kollegi.”

Alistair ikompli, “Nathan ġabar ħafna qlub kollha flimkien, u libbes il-mument bi mħabba u gratitudni. Kieku biss inwasslu dak id-dawl fil-ġranet ta’ kuljum tagħna, kemm ikun aktar sabiħ id-dinja tagħna, kemm inkunu aħjar ilkoll.”

Hu jtemm, “Nitolbukom iżżommuna fit-talb tagħkom.”



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI