Kull nhar ta’ Ġimgħa fuq ONE konna qed ningħaqdu mal-preżentatur Luke Dalli bil-programm Awla, fejn diversi diskussjonijiet jaħarqu kienu qed jinqalgħu minn ġimgħa għall-oħra. Parti mit-tim, l-aktar tieħu ħsieb diversi intervisti u features, rajna lil Clara.
Clara għadha kif saret omm propju ftit jiem ilu! Għaldaqstant għadu kemm żdidilha rwol ġdid u importanti immens f’ħajjitha. Flimkien ma’ Gordon, issa ser tkun qed tiddedika ħafna ħin għal Hazel, it-tifla li kellhom f’Awwissu li għadda.
Fil-fatt Clara ser ikollha tkun assenti waqt is-26 programm ta’ Awla li ġejjin fl-iskeda li jmiss. “Fis-26 ta’ Awwissu li għadda Clara saret omm. Kif xieraq lil Hazel ser nagħtuha d-dritta għal dawn is-26 programm li ġejjin.”
Awguri mill-ġdid lil Clara u Gordon – is-segwaċi ta’ Awla jinsabu ħerqana fi żgur biex jerġgħu jarawk waqt il-programm, Clara!