Aktar kmieni l-UPE (Union of Professional Educators) ħabbret każ ġdid ta’ Covid-19 fil-Kulleġġ ta’ Maria Regina, il-Mosta, Primarja A (Annex). Huma qalu li l-persuna li tinsab pożittiva għal dan il-virus hija għalliema tal-kindergarten.
Dwar dan il-każ, il-union xtaqet iżżid xi tagħrif dwar il-persuna kkonċernata. “L-Unjoni ġiet infurmata li l-edukatura ilha tiżola ruħha minn nhar it-Tlieta, qabel ma r-riżultat tat-test kien mħabbar. L-edukatur għalhekk ma ġie f’kuntatt ma’ l-ebda wieħed/waħda mit-tfal li kienet tkun qed issegwi.”
Ara l-post ta’ Facebook tal-UPE billi tagħfas hawn.
Ritratt: Union of Professional Educators