Bjorn Formosa sellem il-memorja ta’ persuna li tant ra ġid mingħandha, Christine Cassar. Christine kienet anke ġiet intervistata waqt il-programm ta” DAR Bjorn, Marelli, preżentat minn Maria Formosa.
“Grazzi Christine ta’ kollox… Ħabbejtna sal-aħħar nifs. Ser nimmisjawk ħafna! Persważi li fil-maratona ta’ 22 ta’ Settembru, ser tkun hemm magħna, tissapportjana bħalma dejjem għamilt.”
Minkejja l-kundizzjoni ta’ saħħitha, Christine ma waqfet qatt tagħti minn ħinha u mill-enerġija tagħha għal DAR Bjorn, fejn anke fl-agħar mumenti kienet toħroġ tgħin għall-maratona. Il-kliem tagħha żgur li ser jibqa’ jissemma, “Il-ħajja biex tgħixha u tgawdiha.”
Bjorn ikompli bid-dettalji tal-funeral, “Niċċelebraw il-ħajja ta’ Christine Cassar, waħda mill-akbar voluntiera tagħna, nhar il-Ġimgħa, 13 ta’ Settembru fid-09:30 fi Stella Maris, Sliema.”