Iċ-ċkejkna Kate esprimiet l-apprezzament tagħha fuq il-midja soċjali wara li ġiet organizzata attività li permezz tagħha nġabret is-somma ta’ €,1500 li se jkunu qed jintużaw sabiex jitħalsu t-terapiji li għandha bżonn iċ-ċkejkna.
“Grazzi minn qiegħ qalbi… l-imħabba, s-sapport u l-kompassjoni tagħkom ifissru għalija iżjed milli l-kliem jistgħu jfissru,” saħqet Kate b’sens ta’ gratitudni.
Kate fissret kemm dawn il-flus se jkunu qed jagħmlu differenza fil-ġlieda tagħha kontra l-kundizzjoni rari li tbati minnha.
Prosit tassew!
Facebook / Kate: Writing My Story