"Ħadt Gost Nara T-Tradizzjonijiet Maltin Jibqgħu Ħajjin…" – Dr. Robert Abela Jinsab Onorat

Illum taħbat il-festa pubblika tal-Vitorja u għaldaqstant it-tfakkir ta’ din il-ġrajja jispikka f’pajjiżna. Kien hemm anke ċelebrazzjonijiet li saru b’mod sigur, differenti mis-soltu iżda bl-istess spirtu u devozzjoni. 

Il-Prim Ministru Dr. Robert Abela tefa’ ritratt meħud waqt li attenda ċelebrazzjoni tal-Vitorja ġewwa l-Isla. Hu kiteb li jinsab kburi b’dak kollu li hu Malti fosthom tradizzjonijiet bħal dawn.

“Ċelebrazzjonijiet sbieħ fl-Isla lbieraħ filgħaxija għall-okkażjoni tal-Vittorja. Ħadt gost nara t-Tradizzjonijiet Maltin jibqgħu ħajjin u nkellem lil dawk li attendew.” 

Nawguraw il-festa t-tajba lill-Maltin u l-Għawdxin kollha!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI