Fuq il-mezzi tul l-aħħar 24 siegħa ġriet l-aħbar tal-mewt ta’ Mark Zammit. Kienu bosta kollegi u ħbieb li wrew in-nieket tagħhom għal din it-telfa.
L-Island Karting Club kitbu, “Imnikkta nisimgħu bit-telfa ta’ Mark Zammit li ġie msejjaħ biex jiltaqa’ mal-Mulej. Qalbna u l-kondoljanzi jmorru lejn ibnu Gareth u lejn il-familja kollha tiegħu. Strieh fis-sliem Mark.”
Ibnu Gareth kiteb, “Ilbieraħ missieri mar post aħjar. Il-funeral ser isir is-Sibt fit-08:20 fil-Knisja Bażilika tal-Mosta. L-istess bħal nannu ftit xhur ilu, kienet ix-xewqa ta’ missieri li dawk kollha li jattendu għall-funeral joqogħdu lura milli jilbsu l-iswed.”
F’isem it-tim ta’ Gwida.mt, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari, qraba, kollegi u ħbieb ta’ Mark Zammit. Insellmu l-memorja għażiża tiegħu u nitolbuh ikompli jħares fuq l-għeżież kollha tiegħu. Strieħ fil-paċi.