Kif ħabbarna lbieraħ, Liquorish kien hemm eliminazzjoni oħra. Din id-darba l-parteċipanti kellhom jagħżlu lil min ser isalvaw. Ħadd ma salva lil Conrad b’hekk spiċċa eliminat. Conrad għandu 42 sena, jħobb ħafna l-fotografija u sportiv ħafna. Conrad kien l-ewwel parteċipant ikkonfermat ta’ Liquorish 2020 għax kien ir-rebbieħ tal-Coca Cola Impossible Adventure.
Fuq il-paġna uffiċjali ta’ Liquorish tqum diskussjoni twila għaliex Corad kien wieħed mit-tajbin din is-sena. “Conrad kien wieħed mill-aqwa”, “Conrad ma kellux jinqala għax ħadem ħafna għat-tim”, b’uħud jemmnu li din kienet deċiżjoni unfair. Ħafna wkoll jemmnu li votazzjoni bhal din ma kelliex ttħalla issir għax il-parteċipanti jkunu ħolqu l-klikek tagħhom. L-Avventura ta’ din is-sena ta’ Liquorish kull ma tmur qed tkompli tkun eċitanti.
Baqa’ ftit programmi biss sabiex fis-6 ta’ Lulju nkunu nafu min hu r-rebbieħ ta’ din il-kompetizzjoni! Liquorish ikompli nhar it-Tnejn li ġej fit-8:30 ta’ filgħaxija fuq ONE.