Dalgħodu tħabbret il-mewt tal-kantant Manu G, kantant Kolombjan li kien jgħix f’pajjiżna u kien ferm attiv fix-xena lokali. Hu kellu numru ta’ kollaborazzjonijiet ma’ diversi artisti lokali.
Il-ħabib tiegħu Mark Molnar kiteb, “Bniedem meraviljuż għadda għall-ħajja ta’ dejjem lbieraħ filgħaxija. Wara li tkellimna, dħakna u żfnna flimkien, qsim il-qalb. Int kont ruħ sabiħa u li tħobb! “Habrazo Hermano” Jalla ruħek tistrieħ fil-paċi ħabib tiegħi.”
Minn hawn inwasslu l-kondoljanzi tagħna lil sħabu u lill-familja tiegħu f’dan il-mument tassew diffiċli. Il-mużika mexxejja tiegħu żgur hi l-isbaħ rigal li ħalla warajh.
Facebook / Manu G